St Peter and St Paul
San Pietru u San Pawl
Introduction
Introduzzjoni
Illum niċċelebraw l-Imnarja; il-festa ta' San Pietru u San Pawl. Bil-latin, Imnarja tfisser dawl. Pietru u Pawlu huma tassew dawl għalina l-Maltin għax San Pietru ġie magħżul minn Ġesu' biex ikun l-Kap tal-Knisja (il-papa) u San Pawl ġie Malta u wasslilna l-Fidi; il-Maltin bdew jitgħallmu dwar Alla u l-Knisja. L-Imnarja hija festa li l-Maltin jistennewha bi ħġarhom, speċjalment il-bdiewa Maltin. Dan għaliex fil-Buskett issir festa żgħira fejn issir wirja ta' prodotti ta' ħxejjex u prodotti Maltin u wirja tal-bhejjem. Ara dan il-vidjow biex titgħallem dwar din il-festa:
For the parents
Għall-ġenituri
Fid-29 ta' Gunju l-Knisja ticcelebra lil San Pietru u lil San Pawl li huma meqjusa bhala zewg pilastri tat-Twemmin Nisrani.
Kif rajna fil-vidjo, din il-festa f’Malta tissejjah l-Imnarja. Wara li tkunu rajtu l-vidjo flimkien mat-tfal, staqsu lit-tfal x’jafu huma fuq dawn iz-zewg qaddisin.
San Pietru :
* Wassal lit-tfal ghall-gharfien li ghalkemm Pietru kien habib kbir ta’ Gesu u kien maghzul bhala l-kap, fil-bidu tal-knisja, xorta wegga’ lil Gesu meta qal li ma jafux.
* X’ghamel wara Pietru? Baqa’ boghod minn Gesu? Iddispjacih?
( Hawnhekk ikun tajjeb li tfittxu din l-storja fil-Bibbja tat-tfal)
* Kemm ahna lesti li nghidu “Sorry” meta nonqsu lil xi hadd b’xi mod?
* Lesti li nuru d-dispjacir taghna lil Gesu meta naghmlu xi haga li setghet tkun ahjar, jew xi haga li kellna naghmlu u m’ghamilnix, jew meta weggajna lil xi hadd b’xi mod?
* Ahna l-genituri nistghu naghtu l-ezempju meta ma nzommux lura milli nghidu “Sorry “ mhux biss lil xulxin imma anki liz-zghar taghna.
San Pawl:
* Xi tfisser Apposlu tal-Gnus?
* Kien San Pawl li wassal d-Dawl tal-Messagg ta’ Gesu mhux biss lill-Lhud, il-Poplu maghzul, imma lil kulhadd, minghajr differenza bejn bniedem u iehor, bejn poplu u iehor.
* Ahna kif ingibu ruhna ma dawk li m’humix Maltin bhalna? Naghtu kaz il-kulur tal-gilda, hemm xi tfal li warrabnihom?
* Insahhu dak li tkellimna fuqu meta f’xi hin kwiet, meta nkunu flimkien, forsi filghaxija, inheggu lit-tfal ilissnu talba personali fejn jitolbu mahfra jekk ihossu li naqsu lil xi hadd jew lil Gesu.
* F’hinijiet matul il-gurnata nibqghu nkantaw “Shine a light”, naqbdu f’idejn xulxin, ncapcpu!!!
* “Hobbu lil xulxin kif habbejtkom Jien” qalilna Gesu, (Gw. 13, 34-35) B’hekk ahna nkunu qed inwasslu dawl li jiddi minn Gesu stess, id- Dawl li xerrdu San Pietru u San Pawl
Enjoy doing this activity.
Ħu gost agħmel din l-attività
Candle light holder
- Għandek bżonn:
- Karti tat-tajr kuluriti
- Kolla bajda u pinzell
- Imqass bla ponta
- 'Jug' tal-ħġieġ
- xemgħa
X'se tagħmel:
B'imqass bla ponta jew b'idek stess qatta' l-karti tat-tajr f'biċċiet żgħar. Tista' tqasqashom f'forom differenti.
Aqbad l-'jug' u ibda weħħel karta karta (dawk li għadek kemm qtajt) bil-kolla bajda. Dellek l-kolla bil-pinzell biex tweħħel l-karta mal-jug.
Meta tweħħel l-karti ma' kullimkien, agħti passata oħra bil-kolla bajda fuq il-karti kollha.
Meta jinxef poġġi xemgħa u ixgħelha.
Ħu ritratt u ibgħatulna biex aħna nkunu nistgħu nuruh fil-website tagħna.