Sant' Injazju ta' Loyola

St Ignatius of Loyola

Injazju kien suldat imma minn dejjem kien iħobb lil Ġesu’. Hu kien jiġġieled bix-xabla imma darba minnhom weġġa. Wara li weġġa hu beda jaqra iktar dwar Ġesu’ u l-qaddisin u induna li dawn huma EROJ ukoll avvolja ma kienux jiġġieldu bix-xwabel! Għalhekk hu xtaq li jkun suldat ta’ Ġesu’ billi jgħallem, jitlob u jgħix ħajja sabiħa għal Ġesu’!

Enjoy doing this activity.

Ħu gost agħmel din l-attività

Għandna bżonn:

  • Kartun oħxon f’daqsijiet differenti (ara l-vidjo għad-dettalji)

  • Imqass bla ponta (għid lil adult jgħin)

  • Uhu Stick/Glue gun

  • Riga twila

  • Lapes/marker iswed

  • Aluminium foil

  • Markers tal-kuluri


  1. X’se tagħmel:

  2. Ara dan il-vidjo biex tara kif għandek tagħmel għal forom.

  3. Meta tlesti, fuq ix-xield, bil-markers tal-kuluri ikteb jew penġi dwar affarijiet kif inti tista’ tkun suldat għal Ġesu’, suldat li tħobb u tagħmel kollox għal Ġesu’.

  4. Wara, ċaqlaq, iżfen u kanta waqt li tuża x-xabla u x-xield li għamilt ma’ din id-diska

  5. Tinsiex tibgħatilna ritratt jew vidjo tiegħek tagħmel din l-attivita’ biex aħna nkunu nistgħu npoġġuh fil-webiste tagħna