Nativity of St John the Baptist
For the parents
Għall-ġenituri
Ipprova wassal lit-tfal biex japprezzaw :
Id-don tal-fidi li kien nieqes f’ Zakkarija.
Il-ħeġġa ta’ Ġwanni li jwettaq il-missjoni li Alla sejjaħlu għaliha. (Lit-tfal: X’ taħseb li jrid Ġesù minna avolja għadna zgħar?)
Il-kuraġġ ta’ Ġwanni li ma beżax ikompli jitkellem u jxandar l-indiema. (Lit-tfal: Għandna kuraġġ biex nibqgħu nuru t-twemmin tagħna?)
Dawn il-kwalitajiet ta’ Ġwanni jidhru fis-simbolu tal-ħuġġieġa.
Din torbot mat-tradizzjoni, sa minn żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann li kienu jqabbdu l-ħġejjeġ bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta' San Ġwann Battista, il-Patrun tal-Ordni.
Bħala ġenituri
Aħna nistgħu ngħinu lit-tfal jinbnew fil-kuraġġ meta nuruhom li tajna każ il-kwalitajiet tajbin tagħhom, ħalli jħossuhom li huma kapaċi u b’saħħithom moralment.
Naghtu spazju lit-tfal f’xi hin, jesprimu talb personali relatat mas-suggett.
Enjoy doing this activity.
Ħu gost agħmel din l-attività
Għandek bżonn:
madwar erba' rollijiet tat-tojlit paper JEW gazzetti
karti ħomor, sofor u oranġjo (jekk m'għandekx uża karti bojod u penġihom)
Kartonċina/kartuna kannella (l-importanti li joqghodu ir-rollijiet tat-tojlit paper fuqha)
uhu stick/stapler
imqass (bla ponta u ngħidu adult jgħin)
marker kannella/iswed
lapes
żebgħa kannella jew brown paper
Metodu:
Penġi bil-lapes forom tal-ilsna tan-nar jew pala tal-id f'daqsijiet differenti fuq il-karti ħomor, sofor u oranġjo. Wara aqtahom bl-imqass.
Iksi bil-brown paper JEW penġi biż-żebgħa kannella lir-rolijiet tat-tojlit paper JEW għaffeġ l-gazzetti biex tifforma forom ta' zkuk u penġihom biż-żebgħa kannella. Wara tista tpenġi ftit linji bil-market biex joħroġ l-effett ta' zokk.
Weħħel il-forom tal-ilsna tan-nar/pala tal-id flimkien maz-zkuk biex tifforma l-ħuġġieġa.
Weħħel l-ħuġġieġa fuq il-kartuna/Kartonċina kannella.
Ħu ritratt ta' dan il-kraft u wara ibgħatulna biex aħna nippublikawh fil-website tagħna!
Weħħel u għaqqad iz-zkuk jew rollijiet tat-tojlit paper flimkien bil-kolla jew stapler.