San Benedittu ta’ Norcia

San Benedittu kien jgħix ħajja ta’ talb u kien jgħin, jgħallem, jfejjaq u jwassal lil Ġesu’ lil fqar u lil ħafna pajjizi tal-Ewropa. San Benedittu għamel ħafna eżempji tajbin, tant li dawn l-eżempji għadhom jinħassu sal-lum il-ġurnata.

For the parents

Għall-ġenituri

San Benedittu għex fil-bidu tas-seklu sitta, imma l-eku tat-tagħlim tiegħu u l-eżempji ta’ ħajtu għadhom jidwu sal-lum. Huwa kien magħżul bħala wieħed mill-Qaddisin Protetturi tal-Ewropa. F’Malta wieħed mill-Kulleggi Edukattivi huwa msemmi għalih: Kullegg San Benedittu.

Il-ħajja ta’ San Benedittu hija mmarkata bi studju, talb, penitenza, mżewqa b’mirakli anki f’ħajtu stess. Ir-regola Benedittina għadha msemmija sal-lum. L-aktar frazi magħrufa minn din ir-regola hija “Ora et Labora” - “Talb u Xoghol” li flimkien mal-principju tal-Ospitalita, jiġifieri li kulħadd huwa milqugħ, kienu l-bażi tal-ħajja monastika fuq Monte Cassino.

Wieħed jista jaħseb li dawn il-prinċipji ta’ aktar minn elf u ħames mitt sena ilu m’għandhomx valur prattiku fid-dinja tal-lum.


* X’nistgħu napplikaw mill-ħajja ta’ dan il-Qaddis fil-ħajja tal-famijia?

*Il-Prinipju ta’ ”Ora et Labora”

Iddiskuti mat-tfal kif jistgħu jqassmu l-ġurnata tagħhom, speċjalment issa li qegħdin fil-vaganzi, biex ma jintelqux u jinqabdu fl-għazz. Jekk it-tfal huma kbar biżżejjed tista tipprezentalhom il-ħsieb li Ġesu’ japprezza x-xogħol tagħhom daqs it-talb.

*Ir-regoli.

Tkellem mat-tfal fuq il-ħtieġa tar-regoli.

Ir-regoli għandna bżonnhom?

Ħafna drabi t-tfal imorru fuq ir-regoli fis-soċjeta, bħal regoli tat-traffiku, regoli li ma tistax tisraq eċċ.

Għandna bżonnhom ir-regoli fid-dar?

Tista’ tiddiskuti mat-tfal xi regoli sempliċi (mhux aktar minn tlieta!) li jistgħu jkunu ta’ għajnuna biex l-affarijiet imorru aħjar fid-dar.

*Inkunu ta’ għajnuna

Ninkoraġġixxu lit-tfal biex isibu okkazzjonijiet fejn jistgħu jkunu ta’ għajnuna, billi jgħinu lil oħrajn.

(Tista’ twaħħal ‘chart’ zgħira jew sempliċiment karta A4 bl-isem/ismijiet tat-tifel/tfal u kull darba li huma jkunu għenu lil xi ħadd b’xi mod jagħmlu forma ta’ qalb ħdejn isimhom. F’xi ħin agħti spazju lit-tfal jitkellmu fuq x’ikunu għamlu.

*Talb

Matul din il-ġimgha minbarra t-talb spontanju tagħhom, itolbu flimkien it-talba tal-Missierna

Enjoy doing this activity.

Ħu gost agħmel din l-attività

Inti tista' tkun bħal san Benedittu billi tagħmel eżempji sbieħ ma’ ta’ madwarek! Ara dawn il-vidjows.

Matul din il-ġimgħa għażel xi ħaġa sabiħa li inti tista’ tagħmel lil xi ħadd li jinsab ’ madwarek.