26 ta’ Lulju
Sant’Anna u San Ġwakkin
Dawn iż-żewġ qaddisin huma meqjusa bħala l-ġenituri tal-Madonna.
Isimhom ma jissemmix fl-Iskrittura, imma isimhom hu bbażat fuq tradizzjoni li nsibuha f’kitbiet li jissejħu Apokrafi.
Ħafna drabi lil dawn iż-żewġ qaddisin inħarsu lejhom b’rabta mal-anzjani u n-nanniet.
Pero huma kellhom rwol kruċjali fil-Pjan t’Alla għas-salvazzjoni tal-bniedem. Kien permezz tagħhom li Marija kellha l-bidu tagħha bħala l-unika persuna mingħajr id-dnub originali. Dan hu twemmin li l-Knisja Kattolika tiċċelebrah fil-festa tal-Kunċizzjoni. (8 ta’ Dicembru)
* Dawn iż-żewġ-- persunaggi huma marbuta mal-imħabba tan-nanniet lejn in-neputijiet u viċi-versa.
*It-tfal li m’ għandhomx nanniet jistħhu xorta jippreparaw kartolina indirizzata b’mod differenti għal xi membru anzjan tal-familja, xi zija/u tal-ġenituri li forsi ilhom ma jaraw.
*Kif qegħdin fil-vaganzi nistgħu mhux biss immorru narawhom biex nagħtuhom kartolina imma nistgħu ngħaddu ftit ħin itwal magħhom, forsi biex naqduhom f’xi faċenda ħafifa, ngħaddu ġurnata magħhom nisimgħu l-istejjer tagħhom.
*Jekk qegħdin f’dar ta’ l-Anzjani nistgħu ninippreparaw aktar minn kartolina waħda, b’xi ħsieb pożittiv u ngħadduhom lil dawk li jkunu qrib tan-nanniet.
*Jekk sirna nafu mill-qrib xi anzjan/a fil-parroċċa, infittxu li nkellmuh/a meta narawh/a fil-bieb, fil-gallarija. Ghal dawn l-anzjani, tbissima, tislima ta’ “Bonġu” tfisser ħafna.
*Ma nħallux ħafna ġranet jgħaddu mingħajr ma nagħmlu kuntatt. Jekk ma nistgħux immorru ħdejhom, inċemplulhom biex nuruhom li ħsibna fihom.
* Sant’ Anna u San Ġwakkin welldu lil Marija bla dnub biex tkun Omm l-Iben t’Alla. Dak kien il-pjan t’Alla għalihom
* Mat-tfal li huma adoloxxenti zgħar, wiehed jista jitkellem fuq il-Pjan t’Alla ghalina, it-triq li trid terga twassalna ghandu. (naturalment b’mod semplici!)
*Alla ghandu pjan ghal kull wiehed u wahda minna. Din hi dik li nsejjulha ‘vokazzjoni’
*Ohloq djalogu mat-tfal :
-Isma l-hsibijiet taghhom
-Sahhah ideat pozittivi
-Ghinhom jidentifikaw persuni li jistghu jghinu/ ifixklu dan il-pjan.
* Fit-talb ta’ meta l-familja tkun flimkien minbarra li nressqu fit-talb taghna lejn Gesu in-nanniet taghna, niftakru wkoll f’dawk l-anzjani li qeghdin wahedhom, f’dawk li ma jmur jarhom hadd.
Enjoy doing this activity.
Ħu gost agħmel din l-attività
Dawn huma omm il-Madonna u n-nanniet ta’ Gesu! Huma kienu jitolbu hafna u kienu familja sabiha hafna, tant li Alla baghtilhom lil Marija, dik li kellha tkun Omm Gesu’
Illum ghamel kartolina sabiha lin-nanniet tieghek biex torihom kemm thobbhom u li titlob ghalihom, ghalhekk tinsiex tikteb messagg sabih.
Aqra din it-talba kuljum: